Tmut il-5 persuna bil-coronavirus f’Malta

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 81 sena huwa l-ħames persuna li miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’Malta. Huwa miet fl-Isptar Karin Grech matul il-lejl li għadda.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-anzjan kien qed jingħata kura f’dan l-isptar u li kellu kumplikazzjonijiet oħra ta’ saħħa.

Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella mill-ġdid biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-Ministeru jtenni li huwa ferm importanti li għalkemm bdew jiġu rrilassati xi miżuri, l-anzjani u persuni oħra vulnerabbli joħorġu biss għal raġunijiet essenzjali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn