Tmut id-Dama Diana Rigg; ħadmet f’Game of Thrones

Diana Rigg f'Game of Thrones. Ritratt: Helen Sloan / HBO

Read in English.

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Diana Rigg  li fl-1990 ingħatat it-titlu ta’ Dama mid-Dame Commander of the Order of the British Empire. Hija mietet fl-età ta’ 82 sena.

B’karriera twila fil-films, Rigg kienet ukoll waħda mit-tfajliet ta’ James Bond meta fl-1969 ħadmet fil-film On Her Majesty’s Secret Service B’karriera twila fil-films, Rigg kienet ukoll waħda mit-tfajliet ta’ James Bond meta fl-1969 ħadmet fil-film On Her Majesty’s Secret Service fil-parti tal-Kontessa  Teresa di Vicenzo, magħrufa bħala Tracy. Fil-films kollha ta’ 007 kienet l-unika mara li qatt iżżewweġ James Bond … iżda kienet inqatlet ftit tal-ħin biss wara t-tieġ. Il-parti kisbitha wara s-suċċess li kellha fis-sensiela televiżiva The Avengers fejn interpretat il-karattru ta’ Emma Peel.

Hija baqgħet attiva wkoll fl-aħħar snin ta’ ħajjitha u bla dubju ħafna jagħrfu lil Rigg mill-interpretazzjoni tagħha ta’ Olenna Tyrell fis-sensiela popolari Game of Thrones. Hija interpretat ukoll il-parti tad-Dukessa Buccleuch fis-sensiela Victoria.

Qabel mietet hija ħadmet f’żewġ produzzjonijiet oħra, Last Night in Soho u Black Narcissus li għad iridu jintwerew.

F’Marzu li għadda l-attriċi saret taf li kellha kanċer. Hija mietet fid-dar tagħha imdawra mill-familjari tagħha.