Tmut ftit wara li ltaqgħet ma’ Ed Sheeran

Tifla ta’ 11-il sena b’kundizzjoni ġenetika rari, mietet ftit jiem wara li ltaqgħet ma’ Ed Sheeran, l-idolu tagħha, fil-bidu tal-mawra tiegħu fl-Irlanda.
Nhar il-Ġimgħa, Aoibhe O’Connor flimkien ma’ oħtha ta’ tmien snin u l-ġenituri tagħha, kienet mistiedna tiltaqa’ ma’ Sheeram.
Hi mietet ħabta u sabta nhar l-Erbgħa, wara li taha attakk tal-qalb.  Hu mifhum li t-tifla hi l-unika persuna fl-Irlanda b’din il-kundizzjoni.