Tmut f’nirien ftit xhur qabel tiżżewweġ

Żewġ persuni mietu u disa’ oħra weġġgħu serjament wara splużjoni fi skola Nisranija privata fl-Istati Uniti.
Il-katavru ta’ wieħed mill-impjegati tal-iskola ġie rikoverat mit-tifrik 10 siegħat wara l-isplużjoni.
It-tieni vittma kienet Ruth Berg ta’ 47 sena li kienet taħdem l-iskola bħala receptionist u li kienet għarusa li kienet se tiżżewweġ ftit xhur oħra.
L-awtoritajiet qalu li l-inċident fl-iskola fl-istat ta’ Minnesota beda bħala nar u nxtered tant li ġġarraf parti mill-bini.
Huma ikkonfermaw li d-disa’ persuni l-oħra li weġġgħu ttieħdu fi sptarijiet lokali fejn wieħed minnhom ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fortunatament fl-iskola ma kienx hemm ħafna nies hekk kif bħalissa għaddejjin bil-vaganzi tas-Sajf.