Tmut eżattament 3 snin wara ħuha

Ġiet ikkonfermata l-aħbar li Melanie Panayiotou miet fil-Jum tal-Milied fid-dar tagħha f’Londra. Hija kellha 55 sena.

L-aħbar ħasdet lil ħafna minħabba li għalkemm Melanie mhux personalita magħrufa, hija tiġi oħt il-kantant George Michael li miet eżattament fl-istess jum 3 snin qabel, fil-Milied tal-2016.

Il-familja taż-żewġt aħwa qed jitolbu li tiġi rispettata l-privatezza tagħhom f’dan il-mument xokkanti.

Skont ma hu magħruf, il-pulizija Ingliża ma sabitx ħjiel li jwassal li l-mewt ta’ oħt il-kantant ma kienitx waħda naturali.