Tmut Evelyn Vella Brincat

Evelyn Vella Brincat mietet tard il-Ġimgħa filgħaxija. Hija tilfet il-battalja tal-kanċer li ilha snin tiġġieled u tgħin lill-ħaddieħor bl-istess marda.

Evelyn kienet tħobb l-annimali u pproduċiet għadd ta’ programmi dwar l-annimali, b’uħud minnhom ixxandru fuq RTK 103FM.

Evelyn waqt programm fuq RTK

Hija wkoll membru fundatur tal-Metastatic Breast Cancer Malta Support Group li permezz tiegħu għenet għadd ta’ persuni bil-marda tal-kanċer.

Hija kienet ukoll attiva għal numru ta’ snin kemm fil-qasam politiku. Fl-aħħar elezzjoni hija kkontestat mal-Partit Nazzjonalista fuq id-disa’ u l-għaxar distrett. Hija kienet membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u serviet ukoll bħala president tal-Kulleġġ tal-Kunsillera tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Vella Brincat 

Fi stqarrija, il-PN sellem il-memorja ta’ Evelyn Vella Brincat li kienet kunsilliera f’ismu fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Hi kienet ukoll minority leader fi ħdan il-Kunsill.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Vella Brincat se tibqa’ mfakkra għall-karattru twajjeb tagħha, kif ukoll li baqgħet tiġġieled sal-aħħar l-inġustizzji fis-soċjetà u favur id-drittjiet tal-annimali.

“Mfakkra għall-imħabba tagħha lejn l-annimali” – Kulleġġ Kandidati PN

Il-Kulleġġ Kandidati tal-PN ukoll sellem il-memorja ta’ Evelyn Vella Brincat, fejn qal li se tibqa’ magħrufa għad-determinazzjoni u l-imħabba lejn l-annimali u d-drittijiet tagħhom.

Numru ta’ esponenti tal-Partit Nazzjonalist sellmu lil Evelyn permezz ta’ messaġġi fuq Facebook:

Farewell dear Evelyn. Your brave heart and indomitable spirit are now finally free from all pain and at rest in the presence of the Almighty. Sincere condolences to Joseph Vella Brincat and all the family.

Posted by Alex Perici Calascione on Friday, August 17, 2018

Just been informed that Evelyn has just gone to meet the risen Lord. RIP Evelyn and thank you for your support in my dark and difficult moments. You were an inspiration.

Posted by Beppe Fenech Adami on Friday, August 17, 2018

Today we lost a true fighter, Evelyn Vella Brincat. On behalf of MZPN, sincere condolences to all the family during this difficult time. Thank you for all your hard work. You will never be forgotten.

Posted by MŻPN on Friday, August 17, 2018

Il-President u l-kumitat tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) wasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u l-qraba ta’ Evelyn Vella Brincat.