Tmut Conchata Ferrell ta’ Two and a Half Men

Conchata Ferrell

L-attriċi Conchata Ferrell, magħrufa għall-parti ta’ Berta fis-sensiela Amerikana Two and a Half Men, mietet ilbieraħ it-Tlieta 14 ta’ Ottubru fl-età ta’ 77 sena. Hi mietet wara kumplikazzjonijiet li sofriet wara li kellha attakk f’qalbha.

L-attriċi mietet fl-isptar Sherman Oaks fil-California. jingħad li fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha kienet imdawwra mill-familjari tagħha.

Ferrell bdiet il-karriera tagħha fl-1974 u matul is-snin ħadmet f’sensiliet bħal B.J. & The Bear, L.A. Law, Hearts Afire, Teen Angel u The Ranch.

Is-sena d-dieħla se nkunu qed narawha fil-film Deported li hija lestiet taħdem ftit taż-żmien ilu.