Tmut Chi Chi DeVayne ta’ RuPaul’s Drag Race

Tħabbret il-mewt ta’ Chi Chi DeVayne li ħafna żgur jafu minn żewġ staġuni tal-programm RuPaul’s Drag Race u RuPaul’s All Stars Drag Race, DeVayne kien l-istage name ta’ Zavion Davenport li miet fl-età ta’ 34 sena.

Bħala d-drag artist Chi Chi DeVayne, kellu segwitu kbir fuq l-Instagram u l-account tiegħu kellu segwitu ta’ xejn inqas minn 451,000 persuna minn madwar id-dinja.

F’Novembru li ġej l-artist se jkun qed jidher fil-programm televiżiv Women Behind Bars, li fiġà kien iffilmjat u jinkludi s-sehem ta’ drag artists oħra bħal Coco Peru, Mink Stole u Eureka O’Hara, bi preżentazzjoni ta’ Kathy Griffin.

L-artist kien ilu l-isptar mill-Ħamis li għadda ssofri minn pnewmonja u problemi fil-kliewi.

Hekk kif l-aħbar saret waħda uffiċjali numru kbir ta’ fans minn madwar id-dinja bdew iħallu messaġġi ta’ sogħba għat-telfa ta’ dan l-artist.