Tmut Bonnie Pointer ta’ The Pointer Sisters

Ritratt: Nationaal Archief, Den Haag,

Il-kantanta Bonnie Pointer li kienet kisbet suċċess bħala parti minn The Pointer Sisters, mietet aktar kmieni llum fl-eta ta’ 69 sena. L-aħbar kienet ikkonfermata minn oħtha Anita, li wkoll kienet tifforma parti minn dan il-grupp.

Bonnie kien jisimha proprju Patricia. Bħala Pointer Sisters huma kienu kisbu bosta suċċessi bħal Fire, He’s So Shy, Slow Hand, Automatic, Jump for My Love, I’m So Excited, u Neutron Dance. Tul il-karriera tagħhom kienu rebħu tlett Grammy Awards u tlett American Music Awards.

Hija kienet telqet minn The Pointer Sisters fl-1977 beix taqbad karriera bħala solista, u kellah suċċess bil-cover version Heaven Must Have Sent You.

Bonnie, Ruth u Anita kellhom oħthom oħra li kienet tagħmel parti minn The Pointer Sisters, June, li mietet fl-2006. Ftit tax-xhur ilu ħarġu l-kanzunetta Feels Like June, dedikata proprju għaliha.