Tmut bl-ammont ta’ Coca Cola li xorbot!

L-ammont kbir ta’ konsum ta’ Coca Cola seta’ wassal għall-mewt ta’ mara ta’ 30 sena fi New Zealand.

Natasha Harris mietet tliet snin ilu b’attakk tal-qalb. Harris kienet tixrob ‘l fuq minn għaxar fliexken Coca Cola kuljum. Dan ifisser li din il-mara kienet tieħu d-doppju tal-ammont ta’ kafeina u ħdax il-darba l-ammont ta’ zokkor li persuna normali għandha tikkonsma.

Il-familjari ta’ Harris qalet li Natasha kienet saret dipendenti fuq il-Coca u meta tonqso milli tieħu l-ammont tas-soltu, jkolla sintomi koroh.

Din il-mara kienet tant tixrob Coca Cola li snienha kollha kellhom jiġu maqlugħin minħabba l-ħsara kbira li kellhom.