Tmut bintu; jagħmel l-aħħar tpinġija tagħha fuq żaqqu

Missier li bintu ta’ ftit snin mietet ħin bla waqt għamel tattoo fuq ġismu bl-aħħar tpinġija li għamlitlu biex jibqa’ jiftakarha u biex hi tkun dejjem miegħu.

Għad li ma ngħatax ismu u lanqas min hu l-vidjo li poġġa fuq il-midja soċjali rawh eluf ta’ nies u l-maggoranza tagħhom kollha faħħru dan il-ġest ta’ dan il-missier biex il-memorja ta’ bintu tibqa’ ħajja l-ħin kollu miegħu.

Bosta ġenituri issa qed jagħmlu xi tattoo ta’ xi ħadd minn uliedhom li jkun miet biex b’hekk jibqgħu ‘ħajjin’ magħhom.

Bosta kitbu dwar dan il-missier u lkoll faħħru l-ġest tiegħu biex għad li bint m’għadhiex miegħu bil-mod li għamel xorta baqgħet miegħu.