Tmut bint l-organizzatur tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Puttinu

Tħabbret il-mewt ta’ Anna Marie Farrugia li hija bint l-organizzatur tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira li ssir b’risq Puttinu Cares.

Fuq Facebook l-għaqda Puttinu Cares ħabbret l-aħbar tat-telfa ta’ Farrugia li hija omm ta’ żewġt itfal. Kellha 37 sena.

“Kienet l-ispalla ta’ missierha Joe Vella li huwa l-organizzatur tal-Mixja tal-Gimgha l-Kbira b’risq Puttinu. Minn qalbna ngħidulha grazzi ta’ kemm ħadmet bil-qalb, hi u l-familja tagħha anke meta kienu għaddejjin f’mumenti ta’ tbatija kbira. Tibqaa f’qalbna,” qalet l-għaqda Puttinu Cares.

Imnikktin bit-telfa ta Anna Marie Farrugia omm ta zewgt itfal fl-eta ta 37 snin. Kienet l-ispalla ta missierha Joe Vella…

Posted by Puttinu Cares on Tuesday, April 21, 2020