Tmut Barbara Bush fl-età ta’ 92

Il-mara tal-President Emeritus tal-Istati Uniti, Barbara Bush mietet fl-età ta’ 92.
Barbara Bush serviet bħala figura materna tal-politika fl-Amerka tul ħajjitha, li kienet tinkludi żewġ Presidenti, ir-raġel tagħha George HW Bush u t-tifel tagħhom George W Bush.
Barbara Bush serviet bħala l-mara tal-President bejn l-1989 u l-1993.  Dan l-aħħar kellha xi problemi f’saħħitha li ma riditx tieħu l-kura neċessarja għalihom.
Bosta kienu dawk li fakkru xogħolha hekk kif semgħu l-aħbar ta’ mewtha.
Binha, l-eks President tal-Amerka qal li minkejja li hu u ħutu jesprimu dieqa għal din it-telfa fil-familja, jinsabu serħana hekk kif jafu li hi tinsab mistrieħa wara żmien diffiċli.
Spjega li kienet mara eżemplari li tul ħajjitha għamlet li setgħet biex xerrdet l-imħabba tagħha kif ukoll il-litteriżmu lill-miljuni ta’ ċittadini Amerikani.