Tmut anzjana wara inċident f’San Vinċenz

Archives

Read in English.

Anzjana li kienet involuta f’inċident waqt li kienet qed tittella’ f’sodda fir-residenza San Vinċenz de Paule mietet.

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li l-inċident seħħ il-Gimgħa u li l-anzjana mietet illum filgħodu. Intqal li l-anzjana weġġgħet meta kienet qed tittella’ fis-sodda permezz ta’ lifter.

Intqal li “filwaqt li l-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule ħatret investigazzjoni interna, il-każ għadda immedjatament għand il-Pulizija għal aktar stħarriġ.” Skont is-Segretarjat issejħet ukoll inkjesta maġisterjali.