Tmut anzjana ta’ 88 sena bil-coronavirus

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Anzjana ta’ 88 sena hija l-55 vittma tal-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru fakkar lill-pubbliku biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskla kullimkien.