Tmut anzjana oħra bil-Covid-19 li kienet f’dar tal-anzjani

REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 92 sena, li kienet residenti f’dar tal-anzjani, mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija mietet matul dan il-lejl.

L-anzjana, li kienet il-31 vittma tal-coronavirus f’Malta, kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.