Tmut anzjana oħra bil-Covid-19 ġo dar tal-anzjani

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 82 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Settembru u baqgħet tingħata kura fir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha, fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Din kienet it-33 vittma tal-Covid-19. L-aħħar mewt bil-coronavirus seħħ ilbieraħ, u ħasad il-ħajja ta’ mara ta’ 91 sena li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Illum tħabbru 27 każ ġdid tal-coronavirus. Tħabbar ukoll li mill-każijiet li tħabbru lbieraħ, kien hemm tlieta li kienu ġejjin mid-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp fil-Fgura.