Tmut anzjana li kienet pożittiva għall-Covid-19

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. Din hija s-17-il mewt ta’ persuna pożittiva bil-coronavirus f’Malta.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fis-6 ta’ Settembru. Hija mietet fl-Isptar Mater Dei tard ilbieraħ filgħaxija.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Mil-lum wieħed jista’ jniżżel b’xejn app ġdida għall-contact tracing tal-Covid-19 f’Malta, bil-għan li min jużaha jkun jaf jekk kienx f’kuntatt qrib ta’ persuna li aktar tard tirriżulta pożittiva għall-virus.

X’taħseb li għandu jsir biex jonqsu l-imwiet fost l-anzjani?

Ikkummenta hawn taħt jew ibgħat imejl fuq info@newsbook.com.mt