Tmut anzjana bil-coronavirus

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 90 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Awwissu u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Settembru. L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija. 

Il-Ministeru qal li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Din kienet l-40 mewta f’Malta bil-coronavirus. L-aħħar waħda kienet dik ta’ anzjan ta’ 70 sena ftit tal-jiem ilu.

Ilbieraħ Malta kellha 57 każ ġdid tal-coronavirus, biex s’issa, it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 518.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.