Tmut anzjana bil-coronavirus

Beppe Galea

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 72 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum.

Din kienet is-46 vittma tal-coronavirus f’Malta. L-aħħar vittma qabel din il-mara kien raġel ta’ 59 sena li miet sitt ijiem ilu.

Il-45 mewta bil-coronavirus f’Malta
Raġel ta’ 59 sena l-aħħar vittma tal-coronavirus

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.