​Tmut Anita Ekberg, l-attriċi ta’ La Dolce Vita

Tmut Anita Ekberg, l-attriċi Żvediża li se tibqa’ magħrufa l-aktar għas-sehem tagħha fil-film “La Dolce Vita”. Hija kellha 83 sena.
Anita Ekberg kienet rebħet il-konkors ta’ Miss Żvezja u se tibqa’ mfakkra għax-xena fil-film Taljan ta’ Federico Fellini li kien ħareġ fl-1960.
Hawnhekk kienet dehret fil-Funtana ta’ Trevi f’Ruma b’libsa sewda u din ix-xena tibqa’ waħda ikonika fid-dinja taċ-ċinema.
Ekberg mietet dalgħodu f’Ruma, wara li kienet ilha rikoverata fi sptar mill-Milied li għadda.
Hija kienet f’siġġu tar-roti għal diversi snin wara li l-kelb tagħha Great Dane kien qalibha u minħabba f’hekk kienet kisret ġenbha.