Tmur tieġ u timla 10 kontenituri bl-ikel; l-għarusa xxukkjata

Mirror.co.uk

Tfajla li kienet għadha kemm iżżewġet lill-maħbub tagħha saret taf li fit-tieġ kien hemm persuna, li oriġinarjament ma kinitx mistiedna għat-tieġ, ġabet għaxar kontenituri magħha u mliethom bl-ikel. Dan il-każ ma ġarax Malta.

Fuq il-midja soċjali, t-tfajla spjegat dak li ġara waqt it-tieġ. Hi u żewġha ddeċiedew li għamlu tieġ ta’ madwar 25 persuna u stiednu l-familjari u ftit ħbieb. Hija stiednet ħabib ta’ missierha biex ikollu ma’ min jgħid kelma waqt it-tieġ. Il-ħabib ta’ missierha staqsieha jistgħux jiġu t-tifla u r-raġel tagħha. Min-naħa tal-għarusa ma kelliex problema li jiġu.

Dakinhar tat-tieġ, it-tifla marret it-tieġ u minflok lil żewġha ħadet 10 kontenituri u mliethom kollha bl-ikel. Hija spjegat li hi ma ndunatx iżda l-għada missierha qalilha b’dak kollu li kienet għamlet din it-tfajla. Fuq il-midja soċjali, t-tfajla kompliet tispjega li meta fetħu r-rigali sabu biss $5 u spjegat li din il-persuna ma għandhiex problemi finanzjarji.

Mirror.co.uk