Tmut l-attriċi Margaret Agius

Read in English.

Tħabbret il-mewt tal-preżentatriċi u awtriċi Margaret Agius fl-età ta’ 67 sena. Lil Margaret rajnieha bħala attriċi fil-parti ta’ Felicity fis-sensiela Sorelle. Bħala attriċi hija ħadmet ukoll f’ħafna produzzjonijiet ta’ Rewind fosthom Emilja, Żafira u Ċirkostanzi. Ħadmet ukoll fis-sensiela Nibqgħu Hekk, Ġiżelle kif ukoll L-Aġenzija u s-soap opera Tereża.

Margaret, li ppreżentat ukoll bosta programmi fuq it-televiżjoni kienet il-mara tal-kompożitur Maestro Ray Agius.

Hija twieldet l-Awstralja u ġiet Malta fl-età ta’ 7 snin. Għal numru ta’ snin kienet ukoll għalliema.

Fl-aħħar żmien Margaret kienet qed tiġġieled il-kanċer u saħansitra kitbet ukoll il-ktieb In Your Embrace. Ktieb ieħor li ppublikat kien Il-Mitħna.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Margaret Agius kien hemm Evelyn Saliba La Rosa li f’kumment ma’ newsbook.com.mt iddeskriviet lil Margaret bħala mara mill-aqwa li minkejja li kienet marida, xorta kienet tagħmel minn kollox biex ma tiddiżappuntax, u anke waqt iż-żmien li kienet marida, kienet ukoll tmur għal filming.

“Qatt ma riedet tiddiżappuntana,” żiedet tgħid Evelyn Saliba La Rosa.

Dan hu l-messaġġ li Evelyn Saliba La Rosa ħalliet b’mod pubbliku biex tfakkar il-memorja ta’ Margaret Agius.

Dearest beautiful Margaret… today we received the news that you have left us. You will be sorely missed. You were one…

Posted by Evelyn Saliba La Rosa on Wednesday, October 28, 2020

Id-direttur Adrian Saliba li ħadem ħafna qrib Margaret f’dawn l-aħħar snin fuq diversi produzzjonijiet ukoll sellem il-memorja tagħha.

Dear Margret, I'm writing this with tears in my eyes. We are going to miss you so much. It was a pleasure to work with you since 2011. You fought till the end, you had no strength and still pursued and you continued doing what you loved, ACTING. Until we meet againEvelyn Saliba La Rosa Michael Vella Haber Mary Rose Vella Haber Jessica Vella Amy Vella Haber Chris Bajada Marie-Clare Sammut Darren Michael Navarro Landie Pulis Owen Buhagiar Nakita Grima Sorelle – Drama Series

Posted by Adrian Saliba on Wednesday, October 28, 2020

Anke d-direttur Charles Stroud sellem il-memorja ta’ Margaret Agius.

Dear Margaret. I was just given the bad news. Bad for us wo will not see your smile again. We occasionally stopped and…

Posted by Charles Stroud on Wednesday, October 28, 2020

Din hi waħda mill-aħħar intervisti li Margaret tat fuq it-televiżjoni, proprju f’Diċembru li għadda waqt il-programm Prime Time ppreżentat minn Owen Bonnici fuq One TV.

Strieħ fis-sliem!