Tmut l-attriċi Linda Cristal; ħadmet f’The High Chaparral

L-attriċi Linda Cristal mietet is-Sibt li għadda fl-età ta’ 89 sena. L-aħbar kienet ikkonfermata minn binha Jordan Wexler li qal li l-mara mietet fl-irqad tagħha.

Imwielda fl-Arġentina, Linda Cristal bdiet il-karriera fil-Messiku qabel ma marret Hollywood fejn ħadmet fil-film Comanche tal-1956. Din il-parti wasslitha għal bosta films oħra ta’ ġeneru western qabel ma dehret fil-kummiedja ta’ Blake Edwards The Perfect Furlough.

Dehret f’bosta films oħra qabel ma aċċettat il-parti ta’ Victoria fis-sensiela western The High Chaparral li permezz tagħha kisbet għarfien internazzjonali u rebħet il-Golden Globe Award, apparti li kellha żewġ nominazzjonijiet għall-Emmy Awards.

Hija ħadmet ma’ John Wayne fil-film The Alamo, kif ukoll ma’ James Stewart fil-film Two Rode Together.