Tmur bir-rota l-isptar biex twelled

Il-Ministru għan-Nisa ta’ New Zealand marret l-isptar bir-rota biex twelled l-ewwel wild tagħha.

Skont il-BBC, Julie Genter mill-Partit tal-Ħodor qalet li użat ir-rota peress li ma kienx hemm biżżejjed spazzju fil-karozza. Hi qalet li l-maġġoranza tat-triq kienet għan-niżla.

F’Ġunju, il-Prim Ministru tan-New Zealand saret it-tieni mexxejja dinjija li welldet waqt li kienet qed isservi t-terminu tagħha.