Tmintax maqtula f’lukanda fiċ-Ċina

The interior of a hot springs hotel which caught fire early in the morning is pictured in Harbin, Heilongjiang province, China August 25, 2018. Xie Peihua/CNS via REUTERS

Lukanda f’Harbin fil-grigal taċ-Ċina ħadet in-nar kmieni s-Sibt filgħodu. Awtoritajiet iddikjaraw li tmintax-il persuna sfaw mejta u dsatax-il persuna oħra kienu meħuda l-isptar minħabba li laħqu belgħu duħħan tossiku jew ġarbu xi ħruq.

Ix-Xandar tal-istat ċiniż CCTV qal li n-nar fir-raba’ sular tal-bini seħħ fl-4:36am ħin lokali u ħaraq madwar 400 metru kwadru qabel ma ġie mitfi 3 sigħat wara. Ix-xena ta’ wara l-inċident kienet murija fuq l-istazzjon tal-istat. Fosthom dehru ħitan sewdenija bil-ġmied tan-nar, metall imdewweb kifu koll soqfa se jaqgħu.

Nar fil-lukandi huma komuni fiċ-Ċina hekk kif ħafna minn dawn il-lukandi ma jagħtux kas tar-regolazzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn.

Il-każ qed jiġi investigat.