Tmint ijiem ċans inkella azzjoni industrijali – GWU

Azzjoni industrijali mill-General Workers’ Union (GWU) jekk fi żmien tmint ijiem il-Gvern ma jsibx soluzzjoni għal grupp ta’ ħaddiema li jaħdmu fuq fondi Ewropej.
Skont il-GWU, is-servizz pubbliku qed jonqos milli jagħti kuntratt ta’ xogħol indefinit lill-grupp ta’ ħaddiema li jaħdmu fuq fondi Ewropej. L-Unjin kompliet tgħid li ħaddiema oħra tas-servizz pubbliku kellhom il-kuntratti definiti konvertiti f’kuntratti indefiniti.
Il-GWU argumentat li peress li Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema Maltin fil-qasam tal-fondi għandhom xogħol kontinwu. Spjegat li fis-sitwazzjoni preżenti, mhux faċli biex il-ħaddiema jippjanaw il-futur tagħhom.