Tmienja mejta f’minjiera fir-Russja

Membri tas-Salvataġġ Russi sabu 8 persuni mejta wara nirien ħakmu minjiera fil-villaġġ fil-majjistral tal-kapitali Moska.

Disa’ ħaddiema tal-kostruzzjoni nqabdu taħt l-art wara nar li żviluppa f’mina fil-villaġġ ta’ Solika-msk, elf u ħames mitt kilometru ‘l bogħod minn Moska.

Il-membri tas-Salvataġġ tfew in-nar fil-minjiera waqt li kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni, bl-iġsma jinstabu fond ta’ 360 metru.

L-industrija tal-minjeri fir-Russja hija mifnija f’inċidenti fatali. Fi Frar tal-2016, 36 ħaddiem u membri tas-salvataġġ mietu f’minerja f’Ċirku Artiku.