Tmienja jweġġgħu f’inċident marittimu

Tmien Franċiżi ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li weġġgħu ħafif f’inċident marittimu qrib il-ponta ta’ Dragonara f’Portomaso.
 
It-tmien persuni ittieħdu l-isptar wara li l-cabin cruiser li kienu fuqha ħabtet ma’ sikka.
 
L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija.