8 jmutu f’inċident fl-ibħra Maltin

Arkivji

Minn tal-inqas tmien persuni mietu wara li bastiment bil-migranti u dgħajsa Tuneżina tas-sajd ħabtu fil-baħar Malti.
Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ikkonfermaw li l-awtoritajiet Tuneżjani infurmawhom b’inċident li seħħ fuq il-baħar. Fi stqarrija l-AFM qalet li kienet qed tikkoordina l-każ bl-assistenza tal-awtoritajiet Taljani u dawk mit-Tuneżija.
S’issa 38 persuni ġew salvati filwaqt li mietu tmienja.
Jidher li l-bastiment tal-migranti għereq xħin ħabat mad-dgħajsa tas-sajd.
Ritratt: Arkivji