Disgħa jinqatlu fi sparatura fil-Ġermanja

Aġġornat 08:57 AM
Forensic experts search the area after a shooting in Hanau near Frankfurt, Germany, February 20, 2020. REUTERS/Kai Pfaffenbach

Read in English.

Il-persuna suspettat li wettaq l-attentat fil-Ġermanja esprima simaptiji lejn il-Lemin Estrem f’messaġġ li nstab mill-investigaturi Ġermaniżi. Il-ġurnal Bild qed jirraporta dwar dan u tkellem dwar il-preżenza ta’ vidjo li fih jagħmel din konfessjoni dwar l-attakk li ħalla disgħa mejta.

Fil-fatt, disa’ persuni nqatlu f’Hanau fl-istat ta’ Hessen,  fil-Ġermanja wara li rġiel armati tard l-Erbgħa filgħaxija fetħu n-nar fuq żewġ bars. Apparti dawk li nqatlu hemm ukoll ħames persuni midruba.

In-nar infetaħ fuq bars fejn tintuża s-shisha, u dawk responsabbli rnexxielhom jaħarbu u kienet qed isir tfittxija kbira għalihom.

Eventwalment perusna suspettata li kienet imdaħħla fil-qtil instabet mejta ftit wara mill-Pulizija f’appartament fil-viċin. Fil-post instab ukoll katavru ieħor.

Il-Pulizija Ġermaniza qalet li għalissa m’hi qed teskludi xejn rigward il-massakru li sar u dan jista’ jkun kemm għal raġunijiet kriminali kif ukoll ta’ terroriżmu. 

Ftit ġranet ilu kien hemm sparatura ohra, din id-darba f’Berlin, fejn kien qed isir show Tork u persuna nqatlet.