Tmien persuni jitilfu ħajjithom fil-Ġermanja

Mill-inqas tmien persuni, sebgħa minnhom tfal tilfu ħajjithom fil-Ġermanja.

Fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, nirien ħakmu bini li kien jintuża bħala fabbrika, li iżda għandu parti minnu li jintuża mill-assoċjazzjoni ta’ skambji kulturali tal-Ġermanja u t-Turkija.

Hu mifhum li l-investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin bil-għan li jiġi stabbilit il-kawża tan-nirien. Madanakollu, l-Pulizija sostniet li m’hemmx indikazzjoni li kien hemm xi attakk.

Intqal li erba’ persuni kienu salvati mill-gallarija, filwaqt li x’aktarx kien hemm tlettax -il persuna reġistrati bħala residenti f’dan il-bini.