Tmien filati jiswewha ġrieħi gravi f’Għawdex

Taljana ta’ 36 sena residenti n-Nadur ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ tmien filati.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għall-ħabta tan-00.13am, xħin il-mara waqgħet dan l-għoli f’residenza privata fi Triq Girgor Buttigieg.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri mill-ġrieħi msemmija.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: Arkivji