Tmiem il-ġimgħa fi Sqallija u l-Ingilterra għas-sewwieqa Maltin

Numru kbir ta’ sewwieqa Maltin telgħu Sqallija u l-Ingilterra biex jieħdu sehem f’diversi kampjonati. 
Mis-17-il sewwieq li telgħu Sqallija, 16 se jieħdu sehem fit-tielet round tal-kampjonat Time Attack fiċ-ċirkwit ta’ Racalmuto f’Agricento fi Sqallija. Is-sewwieq l-ieħor se jieħu sehem fil-hillclimb ta’ Valle D’Anapo f’Sortino. 
Fl-Ingilterra, żewġ sewwieqa tad-Drag Racing Maltin se jkunu qegħdin jkunu qegħdin jikkompetu fid-Doorslammers, wara li l-ġimgħa l-oħra ħadu sehem fin-Nostalgia Nationals, f’Santa Pod. Sewwieq Malti ieħor se jkun qed isuq Escort Mk1 tal-Ingliż Andy Harris f’Sanat Pod ukoll.
Numru kbir ta’ Maltin marru lejn Santa Pod biex jagħtu l-appoġġ  tagħhom lis-sewwieqa Maltin.
Ritratt: Pudgey's Pictures