Tmiem fatali għall-protesta f’Gaża

Minn tal-inqas żewġ Palestinjani nqatlu u 200 oħra ndarbu f'attakk ta' sparar f’Gaża waqt protesta kontra l-qawwiet Iżraeljani.
Madwar 10,000 persuna mmarċjaw fi protesta minn Ramallah lejn il-Punent ta’ Ġerusalemm fejn ġew milquta mill-attakki Iżraeljani.
Id-dimostrazzjoni ġiet imsejħa minn grupp ta’ żgħażagħ fuq Facebook, fosthom it-tifel tal-mexxej tal-Fatah, Marwan Barghouti.
Intant, f’Ġerusalemm ġew rappurtati protesti kbar tard il-Ħamis filgħaxija wara li 50 raġel ġew imwaqqfa milli jidħlu fil-moskea ta’ al-Aqsa.
Fl-istess protesti, madwar 20 persuna ġew arrestati wara li xeħtu l-ġebel lejn il-Pulizija.
Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas sejjaħ lill-Palestinjani sabiex jespandu l-protesti tagħhom u jingħaqdu kontra l-attakki tal-qawwiet Iżraeljani.