Tmiem drammatiku u l-Arġentina għamluha għall-kwarti tal-finali

Siegħa u nofs ma kienux biżżejjed bejn l-Arġentina u l-Iżvizzera, biex b’hekk kellna logħba oħra li ġiet deċiża fil-ħin barrani.
F’taqtigħa ta’ mingħajr gowls, l-Iżvizzera kellhom ċans tad-deheb fl-ewwel taqsima mitluf minn Shaka, filwaqt li l-Arġentina kienu ferm aktar dominanti fit-tieni taqsima tal-ħin regolamentari.
Madankollu l-Iżvizzeri ma remgħewx ix-xugaman fil-ħin barrani u komplew jagħtu battikata lill-plejers Arġentini.
Fit-tieni taqsima tal-ħin barrani, kellna xutt sabiħ tal-plejer Arġentin Di Maria, li ġie milqugħ ferm tajjeb mill-gowlkiper Żvizzeru Benaglio.
Fl-aħħar meta kien fadal żewġ minuti għal tmiem il-ħin barrani, Messi ta ballun fuq platt tad-deheb lil Di Maria, b’dan tal-aħħar li skurja l-gowl deċiżiv.
Dzemali fil-121 minuta, għaldaqsxejn ma kienx se jieħu liż-żewġ timijiet għall-għoti tal-penalties, meta mill-viċin laqat il-lasta u mir-rebound tefa’ l-ballun bi ftit barra.
Fil-123 minuta fawl ta’ Garay fuq Shaqiri, iżda il-frikik ġie milqugħ bill-barriera Arġentina u r-referì saffar tmiem din il-logħba ferm eċċitanti.