Tmarrad lil bintha bit-tapeworm ħalli tirqaq għal kompetizzjoni tas-sbuħija

Mara Amerikana tat pillola mimlija bajd tat-tapeworm sabiex tgħinha titlef il-piż…mingħajr ma qaltilha.
Il-mara ħasbet li qed tagħmel dak li hu l-aħjar għal bintha hekk kif fi ftit ġimgħat din kienet se tieħu sehem f’kompetizzjoni tas-sbuħija u kienet issostni li trid tidher l-aqwa li tista’ tidher.
Ftit ġimgħat wara, it-tfajla ttieħdet l-isptar minħabba uġiegħ kbir fl-istonku, u l-infermiera malajr indunaw li għandha stonku mimli tapeworms.
Waħda mill-infermieta qalet li ma setgħetx tifhem kif kellha dawk it-tapeworms kollha f’ġisimha, u kien dak il-ħin li raw lil ommha tibjad.
L-omm dlonk skużat ruħha mat-tifla u qaltilha li “għamilt hekk għax ridtek tirqaq għall-kompetizzjoni.”
Fuq il-midja soċjali ħafna huma dawk li esprimew ir-rabja tagħhom lejn l-omm. Fil-fatt, 98% tal-votanti fuq sit partikolari jaqblu li l-omm għandha tittella’ l-qorti.