TM testendi l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi

Transport Malta qed testendi l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi tal-vetturi wara li l-Gvern alloka €300,000 addizzjonali.
L-għan tal-iskema huwa li aktar nies ineħħu vetturi antiki u jixtru oħra li jniġġsu inqas l-ambjent.
506 vettura diġà bbenefikaw mill-iskema oriġinali ta’ 400,000 fl-aħħar tal-2014. Is-sidien li applikaw ingħataw bejn €700 u €900.
L-applikazzjonijiet għall-iskema tal-iskrappjar jistgħu jinġabru mit-Taqsima tal-Liċenzji ta’ Transport Malta fil-Furjana jew inkella mis-sit elettroniku.
L-Awtorità avżat ukoll li l-iskema li tinċentiva x-xiri ta’ vetturi u quad-bikes elettriċi għadha fis-seħħ.