TM mhix tinforza sigurtà adekwata fit-trasport pubbliku – Awditur Ġenerali

Read in English.

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara qal lil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-operatur u l-prinċipji ta’ prassi tajba huma miktuba b’mod ambigwu u Transport Malta lanqas tinfurzhom.

Fir-rapport tiegħu ‘Assessing the Public Transport Contract and Transport’ , l-awditur jgħid li l-awtorità mhux qed tinterpreta dawn il-klawsoli b’mod server, partikolarment dawk relatati mas-sigurtà.

L-Awditur jgħid li din is-sitwazzjoni jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità tas-servizz.

L-Awditur jgħid li dan l-istudju wera wkoll li l-mod ta’ kif TM tipproċessa data biex titkejjel il-prestazzjoni tal-operatur mal-livelli stabbiliti fil-kuntratt, mhux effiċjenti, u jiddependi ħafna minn interventi manwali.

B’riżultat ta’ dan, teżisti t-tendenza li jkun hemm aktar żbalji minħabba nuqqas ta’ spetturi on-the-ground li huma responsabbli lijwettqu spezzjonijiet varji. Fil-fatt ġie osservat li hemm tlieta biss minn dawn l-uffiċjali biex ikopru n-netwerk kollu fuq roster ta’ erba’ xiftijiet.