Tlitt irġiel arrestati minħabba d-droga

Arkivji

Read in English.

Tlitt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija waqt kontrolli tat-traffiku f’Ħal Għaxaq u Birżebbuġa.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li żewġt irġiel ta’ 21 u 35 sena twaqqfu fi Triq Dawret Ħal Għaxaq u wara tfittxija li saret tfittxija fil-karozza u fuqhom instabu diversi pakketti f’sustanza ħadra allegatament droga kif ukoll oġġetti relatati mat-teħid tad-droga.

ll-Pulizija waqqfet karozza oħra fi Triq Għar Dalam u wara tfittixija li saret fil-karozza u fuq iż-żewġ persuni fil-karozza nstab pakkett b’sustanza ħadra fuq il-passiġġier li huwa mis-Serbja u għandu 28 sena.

It-tliet persuni ġew skortati lejn il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar investigazzjonijiet.

Matul il-lejl fl-istess kontrolli tat-traffiku l-Pulizija waqqfet, raġel ta’ 33 sena li ma kellux id-dawl skont il-liġi, żewġ persuni li kienu qed isuqu l-karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan u żewġ persuni f’każijiet separati li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Il-Pulizija qalet li se tkun qed toħroġ l-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-persuni u l-investigazzjonijeit għadhom għaddejjin