Tlift mowbajl? Ara hux wieħed minn dawn il-200!

618-il oġġett għadhom qed jistennew lil sidhom, hekk kif ingħataw lill-Pulizija minn persuni li sabuhom f’postijiet pubbliċi.
Il-lista tal-oġġetti, li tkopri l-perjodu bejn Ottubru 2015 u Awwissu 2017, ġiet ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Kwart tagħhom huma mowbajls jew aħjar smartphones. Minn 223 mowbajl, 180 ġew irritornati lill-Pulizija f’Malta u 43 lill-Pulizija f’Għawdex.
178 oġġett li ġew irritornati huma relatati mal-flus:  flus infushom, kartieri, portmonijiet u anke kards bankarji.
Oġġetti oħra li ta’ spiss naraw mitluqin ’l hemm u ’l hawn huma nuċċalijiet tax-xemx, ġojellerija, basktijiet, kameras tar-ritratti u anke ħwejjeġ.
MacBook Pro, rukkell tas-sajd u żejt tal-ikel għand il-Pulizija
Fl-għases tal-Pulizija, marru wkoll anke b’MacBook Pro, żejt tal-ikel, ċilindru tal-ossiġnu, irkiekel tas-sajd, drones, outboards tad-dgħajjes, dgħajsa, qasab tas-sajd, irkiekel tas-sajd, għodod tal-idejn, bolt cutter, drillers, coolers, softoys, fire extinguishers.
Jekk tlift xi ħaġa, agħmel rapport
Il-Korp tal-Pulizija jappella lil min ikun tilef xi oġġett biex jagħmel rapport l-għassa. Dan minħabba li jkun diffiċli biex jiġu identifikati s-sidien tal-oġġetti mitlufa li jaslu fl-għases minn persuni terzi.
Il-lista sħiħa ta’ oġġetti mitlufa tista’ ssibha hawn.