“Tlift kull tama”; L-ISIS responsabbli għal splużjoni waqt tieġ

L-għarus li spiċċa fil-mira ta’ attakk waqt it-tieġ tiegħu fil-belt kapitali Afgana Kabul, qal li tilef kull tama wara l-attakk imdemmi. Waqt intervista fuq it-televixin Mirwais Elmi qal li martu rnexxielha ssalva mill-attakk, madanakollu tilef lil ħuh u diversi membri oħra tal-familja.

Aktar tard il-Ħadd l-ISIS ammettew li huma kienu l-moħħ wara dan l-attakk li ħasad il-ħajja ta’ 63 persuna u darba 180. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tal-10pm ħin lokali, waqt iċ-ċerimonja tat-tieġ.