Tlift ‘il Bolton il-Ġimgħa?

L-ammiraturi ta’ Michael Bolton fadlilhom l-aħħar ċans illejla, hekk kif il-kantant se jagħti t-tieni kunċert tiegħu.
Bolton wasal Malta l-Ħamis wara kunċert f’Palermo, u ta l-ewwel kunċert il-Ġimgħa.
Tul il-karriera illustri tieghu, Michael Bolton biegh aktar minn 65 miljun diska.
Minkejja ż-żmien, il-fama tiegħu qed twasslu biex ikompli jdoqq id-diski tiegħu mad-dinja kollha. Fil-fatt wara l-kunċerti ta' Malta, Michael Bolton u l-band tiegħu jkunu impenjati b'kunċerti fi Spanja, Monaco u f'diversi stati fl-Istati Uniti.
Il-kunċert tal-lejla se jsir f’Dar il-Mediterran, u tista’ tikseb l-aħħar biljetti billi ċċempel 99821250 jew onlajn minn www.cmcpromotionsmalta.com
Ritratti: CMC Promotions