Tlift iċ-ċurkett tat-tieġ? Ara hux dan!

Instab ċurkett tat-tieġ f’qiegħ il-baħar f’Wied iż-Żurrieq minn għaddasa tal-kumpanija tal-għadis Corsair Diving Malta.
Iċ-ċurkett instab aktar kmieni dan ix-xahar u minn dakinhar kienu ħafna li xxerjaw ir-ritratt li ttella’ fuq Facebook tal-kumpanija.
Oħrajn itteggjaw lill-persuni li jisimhom Anna, hekk kif dan l-isem hu minqux fuq ġewwa taċ-ċurkett. Hemm ukoll minquxa d-data – 7 ta’ Diċembru 1976.  
Fuq il-mezzi soċjali l-kummenti tan-nies ma naqsux. Min jgħid li seta’ kellhom argument u ċ-ċurkett spiċċa fil-baħar, jew li l-persuna mietet u kellha dik ix-xewqa. Oħrajn irrakkuntaw kif tilfu ċ-ċurkett tagħhom – ta’ min instab u ta’ oħrajn le.
Appell ġenwin kien li mill-Insinwa jew mir-Reġistru Pubbliku wieħed jista’ jsib il-koppji kollha li żżewġu f’dik il-ġurnata.
Jekk taf lil xi ħadd li jismu Anna u żżewweġ f’dik id-data, infurmah. Jekk issib sid iċ-ċurkett, ibgħat messaġġ lil din il-kumpanija tal-għadis hawn.