Tliet persuni akkużati b’pussess ta’ droga

Żewġt irġiel u mara li qed tistenna tarbija nħelsu mill-arrest wara li fil-qorti wieġbu li mhumiex ħatja li kellhom fil-pussess tagħhom eroina u kokaina.
Is-sejba tad-droga saret waqt tfittxija f'diversi garaxxijiet fil-Marsa.
Wieħed mill-irġiel kien akkużat ukoll li sar reċediv, filwaqt li d-droga li nstabet uriet li ma kinitx għall-użu personali tagħhom.
Il-mara nqabdet b'400 gramma kannabis u 150 pakkett eroina u kokaina. 
Rosario Cortis ta’ 31 sena minn Ħal Qormi u Carmel Muscat ta’ 40 sena mis-Siġġiewi ngħataw il-libertà proviżorja taħt garanzija personali ta' €4,000 u depożitu ta’  €1,000 kull wieħed.
Erika Vella ta’ 27 sena mill-Gżira ngħatat il-libertà proviżorja taħt garanzija personali ta' €5,000 u depożitu ta’ €1,000.