Tlieta l-isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi f'Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Vjal Santa Luċija.
Raġel ta' 46 sena residenti f'Birżebuġġa kien qed isuq waħda mill-karozzi. Passiġġier miegħu kellu raġel ta' 79 sena minn Ħal Luqa.
Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta' 72 sena residenti fiż-Żejtun. Il-mara ġarrbet ġrieħi ta' natura gravi filwaqt li l-irġiel sofrew ġrieħi ħfief.  

Ritratt: Arkivji