Tlieta jweġġgħu f’ħabta f’San Pawl il-Baħar

Tliet persuni weġġgħu waqt li kienu involuti f’ħabta fi Triq Għajn Tuffieħa kantuniera ma’ Triq il-Palma f’San Pawl il-Baħar.

Tnejn minnhom kienu f’karozza tal-kiri waqt li l-persuna l-oħra kienet qed issuq taxi.

It-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.