Tlieta jridu jieħdu post David Thake f’San Pawl il-Baħar

Tliet kandidati huma interessati li jieħdu post David Thake fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Thake rriżenja minn kunsillier għax fi kliemu huwa xettiku dwar l-adegwatezza ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
In-nomini ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali jinkludu lil Dounia Borg, Rebecca Micallef u Edward Torpiano.                                    
L-għadd tal-voti se jsir fil-11am nhar it-Tnejn li ġej, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.