Tlieta jmutu wara li ġġarraf ajruplan tat-tifi tan-nar fl-Awstralja

FILE PHOTO: A television reporter stands in front of a Large Air Tanker (LAT) C-130 Hercules as it drops a load of around 15,000 litres during a display by the Rural Fire Service ahead of the bushfire season at RAAF Base Richmond Sydney, Australia, September 1, 2017. REUTERS/David Gray

Read in English.

Ajruplan Kanadiż li jintuża f’operazzjonijiet tat-tifi tan-nar iġġarraf fl-Awstralja waqt li kien għaddej b’ħidma biex jintfew in-nirien f’dan il-pajjiż. 

Tliet persuni li kienu abbord l-ajruplan mietu. Il-vittmi kienu kollha residenti Amerikani. Sa’ issa għada ma’ ġietx stabbilita l-kawża tat-tiġrif ta’ dan l-ajruplan. 

Il-Kap tas-sezzjoni tat-tifi tan-nar rurali ħabbar li ħadd minn dawk abbord ma’ salva. Hu mifhum li l-ajruplan kien sejjer f’wied biex jitfi n-nar, u għeb. Hu mifhum li l-ajruplan sar ballun nar u ġġarraf. 

L-ajruplan Kanadiż, kien mikri mill-kumpanija tat-tifi tan-nar Kanadiża lill-gvern Awstraljan fl-isforzi tiegħu biex jitfi n-nirien li qed jaħkmu l-pajjiż. 

Tim ta’ investigaturi intbagħat fuq il-post biex jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji marbutin ma’ dan it-tiġrif.