Tlieta jmutu waqt sparatura fi klinika f’Colorado

Tliet persuni mietu fi sparatura fi klinika li fiha jsiru l-aborti f’Colorado fl-Istati Uniti. Żewġ persuni kif ukoll uffiċjal tal-Pulizija inqatlu, hekk kif ġiet arrestata persuna suspettata li kienet responsabbli għal dan l-attakk.
Disa’ persuni oħra ndarbu. L-attakk dam għaddej madwar 5 sigħat hekk kif għadd ta’ persuni baqgħu maqbuda fil-klinika waqt li bdew jinstemgħu xi sparaturi.
Għadu mhux ċar x’seta’ wassal għal dan l-inċident.
Is-Sindku ta’ Colorado John Suthers qal li din hija traġedja kbira fejn ta l-kondoljanzi tiegħu għall-qtil ta’ żewġ persuni li dak il-ħin insertaw fil-klinika, kif ukoll ta’ uffiċjal tal-Pulizija li ddeskriva bħala wieħed kuraġġjuż. L-uffiċjal tal-Pulizija kellu 44 sena u kien miżżewweġ b’żewġt itfal.